Int min int, mara?
Dan mhux ktieb li ssoltu nagħżel għad-divertiment tiegħi. Ħafna drabi mmur għal stejjer ta' avventura jew epiċi jew x'jagħtuni sħabi. Minflok din id-darba mort f'librerija u ppruvajt infittex kotba riċenti bit-tama li jkunu nqraw skont l-aħħar deċiżjonijiet tal- Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti . It-tir huwa li naqra kotba bl-aħħar tibdil fil-lingwa tant għażiża tagħna bi preparament għall-eżami tal-Qari fil-Provi bil-Malti. Xi żbalji xorta sibt u ħadt pjaċir għax hekk il-qari serva kemm biex nieħu pjaċir inwettaq wieħed mill-passatempi tiegħi, naqra u ntejjeb lili nnifsi skont il-ħafna riċerka tal-benefiċċji tal-qari u nirraġuna l-iżbali li nkun sibt skont it-tagħlim tal-kors li wara kollox kien l-iskop aħħari ta' dan l-eżerċizzju. Imma x'tema kellu dan il-ktieb biex jien ftaħt din ir-reċensjoni li dan mhux ktieb li nfittex? Dan jitkellem dwar id-dimensja. Suġġett sensittiv li jweġġa' lil ħafna nies speċjalment il-vera vitmi li huma l-qraba ta' min iku...